[Fusion_text]Waqt li kien qed jakkumpanja lill-kowċ Massimiliano Allegri fil-konferenza tal-aħbarijiet qabel il-logħba kontra Manchester United, il-ġurnalisti staqsew lil Leonardo Bonucci dwar ritorn possibbli ta’ Paul Pogba.
Meta rrimarkawlu li Pogba jista’ jirritorna lejn Turin bħalma għamel hu, Bonucci ddikjara li “mhux se jkun hu li jgħid lil Pogba x’għandu jagħmel,” għalkemm tkellem bi kburija dwar ir-ritorn tiegħu wara esperjenza ma’ Milan.
Fl-aħħar jiem kibret l-ispekulazzjoni dwar ritorn tal-midfielder Franċiż, iktar u iktar wara li dan stqarr li Turin hi d-dar tiegħu.
Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Cagliari, Manchester United, Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt
Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com[/fusion_text]