Id-Direttur Ġenerali ta’ Milan, Leonardo, ikkonferma li kien id-difensur Leonardo Bonucci stess li esprima x-xewqa li jirritorna ma’ Juventus.
“Ix-xewqa li nitkellmu dwar dan ma’ Juventus ġiet minn Bonucci nnifsu. Jekk nistgħu, se nagħmlu minn kollox biex xewqtu tinqata’. Ma għandna l-ebda oġġezzjoni. Kollox beda minn idea sensibbli u li saret b’mod kwiet, iżda minn hemm beda kollox.”
Madankollu Leonardo kompla li ma teżistix ċertezza li t-trasferiment se jseħħ. Fl-istess waqt Beppe Marotta, Direttur Ġenerali ta’ Juventus, iddikjara li għalissa m’hemmx spazju.
Dan filwaqt li għaddejjin diversi xnigħat dwar it-trasferiment ta’ Daniele Rugani lil Chelsea, u/jew ta’ wieħed bejn Medhi Benatia u Mattia Caldara.
Sors: TopCalcio24/Bleacher Report
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com






