Il-plejer ta’ Juventus li bħalissa jinsab b’self ma’ Atalanta, Leonardo Spinazzola, għamel dikjarazzjoni ċara permezz tal-paġna uffiċjali tiegħu fuq Instagram li hija l-ħolma tiegħu li jirritorna lura ma’ Juventus.
Huwa sostna li r-ritorn possibli tiegħu ma’ Juventus tkun ħolma li tista’ ssir realta’. Wara diversi snin ta’ sagrifiċċji u snin li għamel b’self ma’ diversi klabbs issa wasal iż-żmien li jwettaq dak li dejjem xtaq u jiġi ma’ Juventus.
Minkejja din id-dikjarazzjoni li għamel, il-plejer innifsu ammetta li t-tim ta’ Atalanta se jibqgħu dejjem ittimbrati f’qalbu.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com