Il-midfielder ta’ 23 sena Leonardo Spinazzola, plejer ta’ Juventus misluf lil Atalanta, jgħid li ma jistax jistenna l-mument li jingħaqad maċ-Champions tal-Italja.
“Il-ħolma tiegħi hi li nilgħab ma’ Juventus. Jinsabu fil-quċċata tad-dinja, u hemm lagħbu l-idoli tiegħi kollha; minn Del Piero sa Pirlo,” iddikjara Spinazzola.
Jiftakar fis-sessjonijiet tat-taħriġ mal-Primavera ta’ Juventus. “Kelli l-opportunità li nitħarreġ ma’ plejers ta’ livell bħal Gianluigi Buffon. Kull darba kont nemozzjona ruħi.”
Spinazzola dejjem wera potenzjal, iżda ilu jiġi misluf sa mill-2012 fejn minbarra ma’ Atalanta lagħab ukoll ma’ Empoli, Lanciano, Siena, Vicenza u Perugia.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






