Il-President ta’ Lazio Claudio Lotito kien qed jistenna li numru ta’ klabbs jispiċċaw jisfidaw lil xulxin b’offerti għal Sergej Milinković-Savić, bl-iskop li jirċievi l-ammont ta’ €150 miljun li jixtieq għall-plejer.

Iżda dan jidher li mhux se jseħħ, hekk kif l-interess fil-plejer kien limitat. Aħbar tajba għal Juventus, li mistennija jagħmlu assalt għall-plejer, li hu interessat fil-klabb ta’ Turin, bl-iskop li jonfqu massimu ta’ madwar €90 miljun, bil-bonuses inklużi.

L-ewwel indikazzjonijiet fil-fatt huma li la Real Madrid u lanqas Barcelona ma jaslu biex joffru s-somom li qed jippretendi Lotito. Il-prestazzjonijiet mhux sodisfaċenti tal-plejer fit-Tazza tad-Dinja, fejn kien qed jilgħab barra minn postu, ftit li xejn għenu.

Sors: Italia 1/Sportmediaset

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280