Il-ġurnalist ta’ Sportitalia Luca Cilli fuq Twitter ħabbar li Juventus u d-difensur Grieg Kostas Manolas laħqu ftehim personali u hemm ir-rieda tal-plejer li jingħaqad maċ-champions tal-Italja.

L-istess ġurnalist kompla li fil-jiem li ġejjin Juventus se jitolbu laqgħa ma’ Roma biex jippruvaw jilħqu ftehim dwar dan it-trasferiment. Il-klabb tal-kapitali qed jitlob xejn inqas minn €30 miljun.

Manolas kellu jħalli lill-istess Roma fil-ġimgħat li għaddew biex jingħaqad ma’ Zenit, iżda f’daqqa waħda rrifjuta li jmur ir-Russja.

Sors: Luca Cilli

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280