Qabel l-aħbar żvelata mill-ġurnalist Marcello Chirico li Juventus għamlu żewġ offerti differenti lil Monaco għall-attakkant żagħżugħ Kylian Sanmi Mbappé Lottin, ġurnalist ieħor qrib Juventus kien ta ħjiel dwar dan.
Dan hekk kif Luca Fausto Momblano, fi status fuq Facebook, kiteb: “Sei lettere: bombe
💥” li biha ried ifisser li l-bomba ta’ Juventus fis-suq tat-trasferimenti se jkun plejer li kunjomu fih sitt ittri.
Il-ħjiel ta’ Momblano jista’ jorbot mal-kunjom ta’ Mbappè, li filfatt jikkonsisti f’sitt ittri.
Sors: Luca Fausto Momblano
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prom1inenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






