Juventus, imma wkoll Barcelona u Manchester City fost l-oħrajn mistennija jisfidaw lil xulxin għall-plejer li qed jitqies bħala ‘Marcelo l-ġdid.’

Dan hekk kif fl-aħħar xhur Fabio Paratici kien qed jibgħat diversi scouts b’mod koordinat lejn l-Amerka t’Isfel biex isegwu lill-Brażiljan Luan Cândido. Id-difensur li jilgħab fuq in-naħa xellugija għad għandu 18-il sena.

Cândido, li qed jitqies bħala pilastru futur tat-tim nazzjonali tal-Brażil, jitfaħħar għall-pass tajjeb tiegħu kif ukoll il-kontribut li jagħti fl-attakk, b’fiżiku b’saħħtu u veloċità tajba li tagħmlu kapaċi wkoll bħala winger.

L-ikbar sfida għal Juventus hi li Palmeiras, li għandhom 80% mid-drittijiet tal-plejer, huma obbligati jinfurmaw lil Manchester City qabel ma jaċċettaw offerta minn xi klabb ieħor. Dan hekk kif il-klabb Ingliż żamm dan id-dritt meta ġie akkwistat Gabriel Jesus. Barcelona wkoll għamlu mossa uffiċjali għall-plejer.

Sors: Calciomercato

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280