Minkejja li fi tmiem l-istaġun li jmiss il-kuntratt tal-goalkeeper Gianluigi Donnarumma jintemm, Milan mhux se jbigħuh.

Ikkonferma dan il-Kap Eżekuttiv Marco Fassone li tenna l-kliem tal-proprjetarju Yonghong Li.

“Min-naħa tagħna m’hemmx theddid, imma pożizzjoni ċara: Donnarumma mhux għall-bejgħ, u Vincenzo Montella se jiddeċiedi ġimgħa b’ġimgħa dwar l-użu tal-goalkeeper. Li kien għalija, jista’ jilgħab kull ġimgħa. Madankollu, mhux lesti nieħdu riskj u qed infittxu goalkeeper ieħor,” qal Fassone.

Kompla li bid-deċiżjoni tiegħu li ma jġeddidx il-kuntratt, “Donnarumma tellef lil Milan madwar €100 miljun fi flus li issa se jmorru f’but l-aġent tiegħu. Kieku dawk il-flus ġew għandna, kont ninvestihom mill-ġdid fil-futbol Taljan.”

Qed jingħad li Juventus lesti jieħdu l-opportunitajiet offruti minn din is-sitwazzjoni biex fi tmiem l-istaġun li ġej ikunu sabu s-sostitut ta’ Gianluigi Buffon u b’xejn.

Sors: Goal

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280