Fost id-diversi klabbs li qed juru interess fl-attakkant Kroat ta’ Juventus Mario Mandžukić hemm ukoll Beşiktaş.

Din l-aħbar ħarġet fit-Turkija stess, fejn jingħad li ċ-champions tal-pajjiż qed ifittxu sostitut għal Vincent Paté Aboubakar, li jinsab misluf lilhom mingħand Porto.

Huma interessati wkoll f’Mario Gómez, li għenhom jirbħu l-kampjonat fl-istaġun li għadda.

Sors: NTV

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280