Fl-aħħar waslet konferma mid-Direttur Ġenerali ta’ Juventus, Beppe Marotta, dwar l-interess fl-akkwist tal-midfielder Emre Can hekk kif s’issa hu dejjem iddikjara biss li l-plejer kien wieħed interessanti.

“Can fadallu kuntratt sa Ġunju, u s’issa għandna biss il-permess li navviċinaw lill-aġenti tiegħu u lill-plejer stess biex nibdew il-kuntatti. Aħna bdejna din it-triq, hemm konkorrenza kbira u ma nafux lanqas jekk il-plejer hux se jġedded ma’ Liverpool,” iddikjara Marotta.

Kompla li “m’hemmx dubju li hu plejer mill-aqwa, għandna opportunità mill-aqwa u nista’ ngħid biss li se nagħmlu dak kollu li nistgħu biex nippruvaw nakkwistawh.”

Sors: Sky Sport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq marketing@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280