Waqt it-tlugħ tal-poloz tal-kampjonat Taljan 2017-2018, id-Direttur Ġenerali ta’ Juventus Beppe Marotta kien mistoqsi dwar it-trasferiment ta’ Leonardo Bonucci ma’ Milan.
“Kien trasferiment li seħħ fi ftit jiem b’riskju kalkolat,” iddikjara Marotta meta mistoqsi jekk dan it-trasferiment hux se jwassal biex l-iskwadra tiddgħajjef.
Kompla li ladarba t-trasferiment seħħ f’daqqa, “allura dan ma sarx kawża ta’ xi episodju jew kienet xi ħaġa maħsuba minn qabel.”
Ma jistax jonqos li jkun mistoqsi jekk Juventus hux se jsibu sostitut, iżda bħal dejjem Marotta ħarab milli jwieġeb. “Bonucci kien plejer li ffurmajnieh aħna u telaq bħala plejer ta’ livell. Fl-iskwadra għandna plejers interessanti li se jkomplu jikbru u se jkollhom iżjed kontinwità matul l-istaġun.”
Sors: Sky Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com