Il-midfielder ta’ 29 sena Marouane Fellaini ġie offrut lil Juventus fl-aħħar sigħat.
Il-Belġjan, li l-kuntratt tiegħu jiskadi f’Ġunju, mistenni jħalli lil Manchester United fis-sajf. Dan għaliex United qed jirrifjutaw it-trasferiment tal-plejer f’Jannar, biex jippruvaw iwassluh li jġedded il-kuntratt.
Madankollu, id-destinazzjoni tiegħu mhux mistennija tkun Turin hekk kif Juventus jidher li rrispondew fin-negattiv meta avviċinati mill-aġenti tiegħu. B’hekk dan hu t-tieni rifjut tal-plejer mingħand Juventus, wara li fis-sajf li għadda kien ġie preferut Blaise Matuidi.
Juventus huma iżjed interessati f’Emre Can jew Leon Goretzka, it-tnejn fi tmiem il-kuntratt tagħhom ma’ Liverpool u Schalke 04 rispettivament.
Sors: Goal
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com