L-eks plejer u difensur ta’ Juventus, Martín Cáceres ingħaqad ma’ Southampton fejn hemmhekk se jkun qed jilgħab flimkien ma’ Gabbiadini li dan ukoll ingħaqad ma’ Southampton u qed ikollu logħbiet tajbin ferm mat-tim Ingliż.
Cáceres sofra ħafna injuries ma’ Juventus, anke jekk forsi kien difensur li kien swiena f’ħafna logħbiet. Sfortunatament, l-ammont ta’ injuries u l-każ ta’ sewqan taħt l-effett tal-alkoħol wassal biex Juventus ma ġeddux il-kuntratt ta’ Martín.
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






