Il-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri kien mistoqsi x’se jinbidel fl-attakk għas-sena d-dieħla, bir-risposta tiegħu tkun pjuttost ċara.
“Kollox jiddependi mill-plejers li jridu jibqgħu jew juru x-xewqa li jiġu trasferiti. Se jirritorna Pjaca, u nemmen li bih magħna se nkunu tajjeb fl-attakk,” iddikjara Allegri.
Fl-aħħar jiem kien qed jissemma Álvaro Morata, għalkemm id-Direttur Ġenerali Beppe Marotta stqarr li “il-plejer japprezzana imma l-possibbiltajiet li jingħaqad magħna huma żgħar ħafna.”
Sors: TuttoJuve
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com