Il-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri ta intervista lil Sky Sport fejn fost l-oħrajn tkellem dwar numru ta’ plejers li skont xnigħat fil-midja, huma fil-mira ta’ Juventus.

“Nemmen li, ħlief fl-attakk, ninsabu tajjeb. Madankollu, irridu naħsbu għall-plejers li se jitilqu u kif nistgħu nibdluhom. Douglas Costa hu wieħed mill-objettivi, hu plejer tajjeb ħafna,” iddikjara Allegri.

Mistoqsi jekk Bernardeschi hux l-alternattiva, Allegri qal li “sigurament hu plejer ta’ prospettiva tan-nazzjonal.” Iddikjara wkoll li Schick għadu ma wasalx ma’ Juventus, biex ikun jista’ jgħid hux se jibqa’ jew jintbagħat b’self, “iżda hu plejer li jagħmel affarijiet mhux normali.”

Allegri kien mistoqsi wkoll jekk talabx lil N’Zonzi, iżda għamilha ċara: “Jien ma nagħmilx rikjesti. Nitkellem mas-soċjetà biex insibu plejers tajbin li jistgħu jgħinuna nitjiebu. Imma mhux possibbli li kull plejer jiġi magħna.”

Iddikjara wkoll li l-istejjer ta’ De Sciglio ma’ Juventus huma foloz għaliex meta mistoqsi qal: “Fid-difiża ninsabu tajjeb.”

Sors: Sky Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280