Il-midfielder ta’ Lyon Corentin Tolisso mistenni jingħaqad ma’ FC Bayern München wara li Juventus inqatgħu barra mit-tellieqa għall-akkwist tiegħu.
Jidher li dan sar fuq indikazzjoni tal-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri, li qed jinsisti li mingħand il-Ġermaniżi jrid speċifikament lil Douglas Costa. Dan tal-aħħar mistenni jitlaq mill-Ġermanja, wara diżgwid mal-klabb.
Juventus għadhom qed isegwu wkoll lil Ángel Di María kif ukoll lil N’Zonzi ta’ Seville.
Sors: Sky Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






