Ftit qabel il-11:00 il-kowċ Massimiliano Allegri daħal għal laqgħa mal-President Andrea Agnelli wara li temm ħesrem u qabel ippjanat vaganzi li kellu fi Trieste.
Fil-fatt Allegri ħalla warajh lit-tfajla Ambra Angiolini, li qed tipparteċipa fil-ġbid ta’ film. Matul il-laqgħa, Agnelli u Allegri mistennija jitkellmu dwar l-aħħar żviluppi dwar is-saga ta’ Cristiano Ronaldo.
Fl-istess ħin, dieħel fil-Bernabeu deher Hugo Sánchez, il-leġġenda ta’ Real Madrid li attwalment hu l-id il-leminija tal-President Florentino Perez. Hu għandu l-uffiċċju tiegħu fil-grawnd ta’ Real Madrid, iżda mal-ġurnata mistennija laqgħa bejn id-diriġenza u l-aġent ta’ Ronaldo, Jorge Mendes.
Sky Sport, li bagħtu ġurnalista biex issegwi dak li għaddej fi Spanja, iddikjaraw li Juventus huma kunfidenti li t-trasferiment iseħħ.
Sors: Sky Sport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com