Il-ġurnalist Massimo Pavan faħħar il-profil tal-Urugwajan Rodrigo Bentancur, l-akkwist il-ġdid ta’ Juventus, iżda qal li hemm imma wara dan il-plejer.
“Bentancur għandu profil interessanti ħafna, u Juventus għamlu tajjeb li akkwistawh immedjatament. Jista’ jagħti daqqa t’id tajba lil Juventus ta’ għada. Madankollu, hemm bżonn kawtela bil-ġudizzji, hemm bżonn iż-żmien u l-paċenzja dwar dan il-plejer,” iddikjara Pavan.
Sors: TMW Radio





