Id-difensur ta’ Manchester United esprima x-xewqa tiegħu li jirritorna fl-Italja.

Il-plejer, imsemmi li hu fil-mira ta’ Juventus, stqarr hekk: “United huma fost l-aqwa, imma hu normali li tkun tixtieq issir protagonist. Fadalli sena kuntratt u ma tkellimniex dwar it-tiġdid tiegħu.”

Mistoqsi jekk hux jiftaħ it-triq għal ritorn, iddikjara li “Juventus, Inter, Napli jew oħrajn…mhux f’idejja li niddeċiedi. F’dak il-każ, niddeċiedi skont l-aqwa soluzzjoni possibbli. Il-bibien huma miftuħa.”

Żvela wkoll li s-sena li għaddiet seta’ jirritorna l-Italja, “iżda United oġġezzjonaw għax qisuni inċedibbli.”

Sors: La Gazzetta dello Sport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280