Il-gazzetta Taljana La Repubblica iktar kmieni dalgħodu rrappurtat l-aħbar li Mattia De Sciglio informa lid-diriġenti Milanisti li m’għandux intenzjoni li jiffirma kuntratt ġdid iżda l-intenzjoni tiegħu hija li jingħaqad ma’ Massimiliano Allegri u ma’ Juventus.
De Sciglio huwa wieħed mill-plejers favoriti tal-istess Allegri anke għall-fatt li jekk jissieħeb mal-Bianconeri jkun utli ħafna għall-istess Allegri għaliex jilgħab f’diversi pożizzjonijiet.
Sors: Sky Sport Italia
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






