Hekk kif kollox qed jindika li Maurizio Sarri se jkun il-kowċ il-gdid ta’ Chelsea, din l-aħbar qed tqajjem l-ispekulazzjoni li Sarri u Gonzalo Higuaín se jerġgħu jaħdmu flimkien fl-istess tim.
Higuaín kellu l-aqwa staġun fil-karriera tiegħu proprju taħt it-tmexxija ta’ Sarri hekk kif fl-istaġun 2015/16 skurja 36 gowl f’35 partita.
Il-Pipita kien ingħaqad ma’ Juventus iżda l-attakkant Arġentin kien ammetta li jixtieq jerġa’ jaħdem xi darba ma’ Sarri.
Jekk Higuaín jerġa’ jaħdem ma’ Sarri, din tkun opportunità biex Juventus iġibu lura lil Alvaro Morata.
Sors: Tuttosport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com