Aħbar liema bħalha hekk kif Mauro Icardi ħa jkun qed jieħu post Mario Mandžukić is-sena d-dieħla fl-attakk ta’ Juventus u b’hekk ħa naraw li l-attakk Juventin probabbli ħa jkun magħmul mit-trijo Arġentin, Higuaín, Dybala u Icardi.
Siti u media Taljani qed jgħidu li Icardi kien influwenzat sew mill-mara tiegħu Wanda Nara biex jibda jirbaħ xi ħaġa, għaliex li l-kabinett tat-trofej tiegħu kien għadu vojt ma setgħetx tniżżilha, allura ssuġeriet li biex jirbaħ żgur kien hemm bżonn jingħaqad ma’ Juventus. Ta’ min ifakkar li Wanda hi wkoll l-aġent tal-istess plejer.
Mid-dehra l-kuntatti saru kollha din il-ġimgħa, fejn anke kien hemm ftehim bejn Wanda Nara u d-diriġenza ta’ Inter, li huma jibqgħu jiġu mħallsa tat-trasferiment lejn Juventus, li hu maħsub li hu ta’ €100m, u jitħallsu €2m ta’ kull gowl li jiskurja Icardi fl-ewwel 5 kampjonati tiegħu ma’ Juventus.