L-indikazzjonijiet huma li l-attakkant Mario Mandžukić, li għandu kuntratt sa Ġunju tal-2020 ma’ Juventus, jista’ jkun l-attakkant sagrifikat mill-klabb ta’ Turin.
Il-valur tal-Kroat hu bejn l-€20 miljun u l-€25 miljun u jidher li fost il-klabbs interessati hemm Milan, hekk kif Gattuso jixtieq plejers iktar esperjenzati, kariżmatiċi u b’għatx għar-rebħ.
Iktar tard dan ix-xahar Mario Mandžukić jagħlaq 32 sena u mhux eskluż li postu jittieħed minn Álvaro Morata.
Sors: Il Corriere dello Sport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com