Skont il-midja fl-Ingilterra, Juventus qed isegwu b’attenzjoni lid-difensur Brażiljan ta’ 30 sena, David Luiz.

Il-plejer mistenni jħalli lil Chelsea f’Jannar minħabba relazzjoni xejn tajba bejnu u l-kowċ Antonio Conte. Fil-fatt huma qabdu jargumentaw fi tmiem it-telfa ta’ 3-0 kontra Roma miċ-Champions League.

Din mhix l-ewwel darba li l-midja fl-Ingilterra insistiet fuq dan it-trasferiment, għalkemm wieħed irid jinnota li s’issa din l-aħbar qatt ma ġiet konfermata minn xi sorsi qrib il-klabb ta’ Turin.

Sors: Daily Mail

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280