Mario Balotelli bħalissa għaddej minn wieħed mill-aqwa staġuni tiegħu, hekk kif s’issa skurja 18-il gowl ma’ Nice fil-kompetizzjonijiet kollha.

Fl-Ingilterra, is-sit The Sun qed jirrapporta li Juventus qed isegwu dan b’attenzjoni u mhux eskluż li joffru kuntratt ta’ ħames snin lill-plejer li jinsab fl-aħħar xhur tal-kuntratt tiegħu mal-klabb Franċiż.

Il-ġurnal Ingliż saħansitra jsaħħaħ it-teorija tiegħu billi jgħid li r-relazzjoni mill-aqwa bejn Juventus u l-aġent Mino Raiola se tkun ta’ assistenza biex dan it-trasferiment iseħħ.

Sors: The Sun

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq marketing@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280