Issa li fl-aħħar intlaħaq ftehim bejn Juventus u Fiorentina għal Federico Bernardeschi, f’dan l-artiklu nsiru nafu aħjar min hu l-akkwist il-ġdid ta’ Juventus.

Għad għandu 23 sena iżda hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa, jekk mhux l-aqwa, Taljan fil-pożizzjoni tiegħu u kien mixtieq mir-rivali Inter. Madankollu, il-plejer ilu ġimgħat li għażel lil Juventus u laħaq ftehim mal-klabb.

Fil-ħin liberu tiegħu jħobb jara l-films, partikolarment dawk ta’ azzjoni, kif ukoll jesperimenta fil-kċina. Meta jsiefer, ifittex il-prodotti tradizzjonali lokali tal-post fejn ikun, iżda l-platt favorit tiegħu hu l-għaġin cacio e pepe.

Il-passatempi tiegħu? Is-safar, surfing kif ukoll xi ġita fuq id-dgħajsa waqt li l-mużika favorita hi dik Latino-Amerikana.

Fil-futbol, l-idolu tiegħu hu Andriy Shevchenko iżda għandu wkoll ħbiberija ma’ Gianluigi Buffon, li jqisu bħala leġġenda. Għalkemm bejniethom hemm 16-il sena differenza, Federico u Gianluigi t-tnejn twieldu f’Carrara. Buffon iddeskrivieh hekk: “Għandi stima lejh, bħala raġel kif ukoll bħala plejer. Hu ‘da Juve’ għax umli u għandu talenti tekniċi u fiżiċi ta’ plejer importanti.”

Fil-fatt fl-istaġun 2011/12 kien parti minn Calciatore – Giovani Speranze fuq MTV. Madankollu, aċċetta biss li jiġbdu filmati tiegħu jilgħab. “Ma ridtx cameras fil-ħajja privata tiegħi. L-objettiv tiegħi kien biss li nsir plejer.”

Ix-xewqa tiegħu hi li jiltaqa’ ma’ żewġ idoli minn sports oħra: LeBron James tal-basketball u Valentino Rossi, is-sewwieq Taljan tal-muturi.

Sors: La Repubblica

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280