Il-ġurnalist Taljan Alfredo Pedullà tkellem dwar il-plejers ta’ Juventus li jistgħu jinbiegħu, dawk li l-klabb interessat li jakkwista kif ukoll oħrajn li se jkunu kkonfermati.

Skont Alfredo Pedullà, hemm ċertezza li Cristiano Ronaldo, Wojciech Szczęsny, João Cancelo, Leonardo Bonucci, Giorgio Chiellini, Emre Can, Blaise Matuidi, Federico Bernardeschi, Mario Mandžukić, Mattia De Sciglio, Rodrigo Bentancur u Mattia Perin se jkunu konfermati.

Jgħid li hemm dubju dwar Moise Kean, li l-kuntratt tiegħu jiskadi fl-2020, u Sami Khedira waqt li fost il-favoriti li jinbiegħu hemm Douglas Costa. Madankollu, mhux eskluż lanqas it-tluq ta’ Paulo Dybala, għall-kundizzjonijiet li jridu Juventus.

Jiddikjara li l-klabb mistenni jbigħ lil Alex Sandro, b’valutazzjoni ta’ €50 miljun, kif ukoll lil Juan Cuadrado. Mhux eskluż ukoll il-bejgħ ta’ Miralem Pjanić jekk tasal offerta ta’ bejn €80 miljun u €90 miljun.

F’dak li għandu x’jaqsam max-xiri, skont Pedullà hemm pjan dwar Federico Chiesa kif ukoll Isco. Dan waqt li Juventus jibqgħu interessati f’Pep Guardiola bħala kowċ u qed isegwu b’interess lil numru ta’ difensuri (Kalidou Koulibaly, Varane, Manolas, Ruben Dias, Umtiti, Marquinhos u Sergej Milinković-Savić).

Osservati wkoll Paul Pogba, li mistenni jħalli lil Manchester United, jew inkella tnejn bejn Zaniolo, Ndombélé, Rabiot u Rakitić biex jakkumpanjaw lil Aaron Ramsey fil-midfield.

Fl-attakk jibqa’ favorit Mauro Icardi, li mhux eskluż jinbidel ma’ Douglas Costa. Madankollu, dan hu trasferiment diffiċli. Jingħad li minflok, Andrea Agnelli qed josserva wkoll lil Salah waqt li l-ħolma tibqa’ Kylian Mbappé.

Sors: JuveNews

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280