L-aġent prominenti Mino Raiola żar il-lukanda fejn jinsabu Juventus, f’Miami, l-Istati Uniti.

Matul din iż-żjara, minbarra selfies mal-partitarji, spikkat fuq kollox taħdita fit-tul bejn Raiola u l-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri.

Din iż-żjara wasslet għal iżjed spekulazzjoni li l-magħżul ta’ Allegri fil-midfield jista’ jkun Blaise Matuidi, li hu rappreżentat proprju minn Mino Raiola. Dan fid-dawl li Liverpool iqisu lil Emre Can bħala inċedibbli.

Raiola jirrappreżenta wkoll lil Moise Kean, li l-futur tiegħu ma’ Juventus għadu jrid jiġi deċiż. Apparti deċiżjoni dwar jekk hux se jiġi misluf jew le, Kean għadu jrid jiffirma kuntratt mal-istess klabb.

Sors: Sky Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280