Il-midfielder Bożnijak Miralem Pjanić għalissa mhux se jġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Juventus. Din l-aħbar toħroġ fl-isfond ta’ diversi aħbarijiet dwar it-trasferiment tiegħu.
Minkejja dan, Juventus jidher li poġġewlu prezz pjuttost għoli biex jippruvaw ibiegħdu lill-klabbs interessati. Rapporti jindikaw li Juventus qed jitolbu €100 miljun.
Dawn il-€100 miljun aktarx jinqasmu f’somma ta’ bejn €80 miljun u €85 miljun, bil-kumplament ikunu bonuses.
Pjanić għandu kuntratt li jiskadi fl-2021, b’paga ta’ €5 miljun. Hu qed jippretendi li jiżdied għal €7 miljun fis-sena.
Sors: Il Corriere dello Sport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com