Stefano Marchisio, missier il-midfielder ta’ Juventus Claudio Marchisio kif ukoll l-aġent tiegħu, ċaħad rapporti li ibnu jista’ jingħaqad ma’ A.C. Milan.

Waqt li kien qed jindirizza x-xnigħat, Stefano ddikjara hekk: “Onestament ma nafu xejn dwar dan. Sentejn ilu ffirmajna kuntratt ta’ ħames snin u quddiemna fadal tliet snin. Mill-kumplament tridu ssaqsu lil Juventus. Magħhom tkellimna tlett ijiem ilu u ma qalulna xejn dwar dan.”

Kompla li “żewġ affarijiet huma ċerti. Claudio jinsab tajjeb u jrid jilgħab waqt li f’kull sessjoni tat-trasferimenti Juventus jixtru ħafna plejers imma b’daqshekk ma jfissirx li Marchisio jrid jitlaq.”

Stefano fakkar ukoll li Massimiliano Allegri lagħab lil Claudio nhar is-Sibt li għadda. “M’hemmx problemi. Kieku ilu xhur ma jilgħabx, forsi konna nikkunsidraw li jitlaq matul is-sena d-dieħla.”

Sors: Calciomercato

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280