Missier il-midfielder Sergej Milinković-Savić issuġġerixxa li ibnu jagħżel lil Juventus, “fejn jista’ jimmatura u jitjieb sakemm jilħaq il-potenzjal sħiħ tiegħu, imbagħad forsi jmur jilgħab fil-La Liga wara li jagħlaq il-25 sena.

“Flimkien ma’ plejers bħal Douglas Costa u Paulo Dybala, jista’ jirbaħ il-kampjonat, il-Coppa Italia u jagħti daqqa t’id importanti lejn trijonf fiċ-Champions League,” qal Nikola li fisser lil ibnu bħala taħlita bejn Zlatan Ibrahimović u Zinedine Zidane.

Saħansitra ddikjara li “Turin hi belt ferm iktar trankwilla minn Ruma, fejn ilu jgħix Sergej għall-aħħar tliet snin.”

L-offerta ta’ Juventus jidher li hi €50 milju fi flus kontanti kif ukoll Daniele Rugani (valur ta’ €30 miljun) u Marko Pjaca (valur ta’ €20 miljun). Madankollu, jidher li Claudio Lotito interessat biss f’offerta ta’ flus.

Sadattant il-ġurnalista Cristina Cubero ta’ Mundo Deportivo ddikjarat li Miralem Pjanić u l-istess Milinković-Savić mhumiex fil-mira ta’ Barcelona, kif rappurtat fil-jiem li għaddew.

Sors: Calciomercato/Mediaset/Tuttosport

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280