L-attakkant ta’ 18-il sena Moise Kean, frisk minn prestazzjonijiet mill-aqwa mat-tim nazzjonali Taljan ta’ taħt id-19-il sena, esprima eċċitament għall-wasla ta’ Cristiano Ronaldo ma’ Juventus.
“Kulħadd jieħu gost jibqa’ ma’ Juventus, imma għadni ma nafx dwar il-futur tiegħi. Il-wasla ta’ Ronaldo hi xi ħaġa kbira. Xi ħaġa sabiħa, emozzjonanti, li nista’ nitħarreġ miegħu u narah jilgħab,” iddikjara Kean meta mistoqsi dwar il-futur tiegħu, wara li ftit jiem ilu saħansitra skurja doppjetta fil-finali tal-Euro U19 kontra l-Portugall.
Minkejja dan id-destin ta’ Kean jidher li mhux ma’ Juventus, għallinqas fuq bażi ta’ self jew bejgħ bl-għażla li jinxtara mill-ġdid għal somma stabbilita (recompra).
Dan hekk kif huma diversi l-klabbs interessati fih, hekk kif ma’ Juventus ftit li xejn hemm ċans li jilgħab. Fost dawn hemm Eintracht Frankfurt tal-Ġermanja, bil-konferma tasal direttament minn fomm id-Direttur Sportiv Marco Hubner.
“Hu plejer interessanti li qed nosservaw,” stqarr Hubner.
Sors: La Gazzetta dello Sport/Hessenschau
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com