Matul il-ġurnata, Juventus irnexxielhom jilħqu ftehim biex l-attakkant ta’ 17-il sena Moise Kean jiffirma kuntratt ta’ tliet snin ma’ Juventus.
Bil-firma fuq dan il-kuntratt, il-plejer li hu rappreżentat mill-aġent Mino Raiola, mistenni jibda jirċievi paga ta’ €700,000 fis-sena.
Il-kuntratt jiġi estiż b’sentejn oħra, biex isir kuntratt ta’ ħames snin, malli l-plejer jagħlaq 18-il sena fi Frar 2018. Dan hekk kif imur kontra r-regoli tal-futbol li plejer jiffirma kuntratt ta’ iktar minn tliet snin qabel isir maġġorenni.
Issa Juventus mistennija jieħdu deċiżjoni dwar il-futur tiegħu. Hu maħsub li se jintbagħat b’self biex ikun jista’ jilgħab b’kontinwità.
Sors: TuttoMercatoWeb
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






