L-attakant ta’ 17-il sena ta’ Juventus Moise Kean mistenni jiġi offrut kuntratt ta’ tliet snin li fihom se jaqla’ bejn €150,000 u €200,000 fis-sena.

Kean kien fuq fomm kulħadd wara li fil-fażijiet tal-bidu tal-istaġun għamel id-debutt fil-kampjonat u fil-Uefa Champions League fl-età żgħira ta’ 16-il sena.

Moise Kean mistenni jiffirma dan il-kuntratt meta proprju jagħlaq it-18-il sena u d-diskussjonijiet se jkunu mmexxijin mill-aġent tiegħu Mino Raiola. It-timijiet Ingliżi ta’ Manchester United u Arsenal u l-Olandiżi Ajax esprimew l-interess tagħhom f’dan il-plejer.

Sors: Football Italia

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280