Kollox kien jindika li l-attakkant ta’ 16-il sena Pietro Pellegri se jiffirma ma’ Juventus, hekk kif kien għad fadal biss dettalji dwar il-bonuses lil Genoa.

Madankollu, fl-aħħar sigħat Monaco għamlu assalt deċiżiv biex offrew €25 miljun biex b’hekk ħatfu lill-plejer minn idejn Juventus. Tħallew l-art ukoll kemm Chelsea kif ukoll Manchester United.

Genoa jistgħu jakkwistaw ukoll kważi €5 miljun oħra f’bonuses, bil-plejer li mistenni jiffirma kuntratt ta’ ħames snin b’paga ta’ ftit iktar minn €1.2 miljun fis-sena.

Juventus irrifjutaw li jagħmlu offerta oħra wara dik ta’ Monaco, bid-diriġenti ta’ Turin li offrew inqas minn €20 miljun, inklużi bonuses.

Sors: The Sun

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280