Il-ġurnalist Luca Serafini ddikjara li persuni li jaħdmu f’livelli għolja tax-xena tal-futbol qalulu li xenarju b’Messi u Ronaldo flimkien ma’ Juventus mhux xi ħaġa impossibbli.

Waqt li rrefera għal kliem Ronaldo, li lil Messi qallu: “Ejja anke int fl-Italja,” Serafini ddikjara: “Jien mhux espert tas-suq tat-trasferiment, imma nies importanti qaluli li din tista’ tkun possibbli. Juventus xejn ma jieħdu gost jaraw lil tfal lebsin flokkijiet ta’ Inter u Milan f’postijiet bħall-Amerka t’Isfel, iċ-Ċilì, it-Tajlandja u l-Balkani, meta l-klabb ta’ Turin suppost ikun iktar importanti u popolari mir-rivali Taljani.”

Serafini kompla li, bħal Ronaldo, Messi jiffranka somma flus sew mit-taxxi li għandu jħallas minħabba l-mod kif huma l-liġijiet fl-Italja. “Juventus jafu li Messi u Ronaldo kapaċi jagħtu sentejn tajbin u li l-iskwadra, bihom flimkien, issir l-iktar famuża fl-univers.”

Sors: Sportmediaset

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com