Juventus u Sampdoria laħqu ftehim għat-trasferiment tal-attakkant ta’ 21 sena Patrik Schick.

Dan wara laqgħa bejn iż-żewġ klabbs, li matulha Juventus offrew iċ-ċifra ta’ €25 miljun, li jfisser li tidħol fis-seħħ il-klawżola reċissorja li għandu l-istess plejer.

Madankollu, il-klabb ta’ Turin kien qed jipprova jintroduċi l-bdil ta’ xi plejers bl-għan li ċ-ċifra fi flus kontanti titnaqqas. Mhux magħruf jekk dan hux se jseħħ.

Sors: Gianluca Di Marzio

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280