L-akkwist ta’ Patrik Schick minn Juventus seħħ għaliex il-plejer kien determinat u insista li jrid biss lil Juventus.

Dan, minbarra l-potenzjal qawwi tiegħu, wassal biex Juventus jagħmlu sforz ekonomiku u jħallsu l-€25 miljun tal-klawżola reċissorja tiegħu.

Mistennija sitwazzjoni simili għal Keita Baldé Diao ta’ Lazio. Il-klabb tiegħu u Milan kienu laħqu ftehim finanzjarju, iżda l-plejer irrifjuta għaliex irid jingħaqad maċ-champions tal-Italja. Madankollu, bejn Juventus u Lazio għad jonqos ftehim.

Sors: Sky Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280