“Pirlo mill-ġdid ma’ Juventus” – hu b’dan il-mod li Il Corriere Torino dalgħodu tirrapporta l-aħbar li l-familja Pirlo mill-ġdid tista’ tintrabat ma’ Juventus.

Din id-darba mhux se jkun il-leġġenda Andrea Pirlo, iżda ibnu Nicolò Pirlo li għandu 15-il sena u li Juventus huma interessati li jakkwistaw biex jilgħab mal-U16s tal-klabb.

Nicolò jilgħab fil-midfield bħal missieru u attwalment hu plejer ta’ Pecetto. Missieru Andrea ddeskrivieh hekk: “Jixbahni ħafna. Tekniku u ta’ grinta. Jieħu gost jilgħab il-futbol u għalih dan l-isport hu l-iktar ħaġa importanti.”

Minkejja li lbieraħ Pecetto sfaw megħluba 1-0, b’missieru fost l-ispettaturi, Nicolò kien magħżul bħala l-aqwa fil-grawnd.

Sors: Il Corriere Torino

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq marketing@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280