It-trasferiment b’self ta’ Marko Pjaca ma’ Schalke 04 jidher li huwa wieħed imminenti hekk kif Sky Sport Italia rrappurtat li ntlaħaq ftehim bejn iż-żewġ klabbs.
Juventus se jkunu qed jirċievu miljun Ewro għal dan is-self u Schalke 04 se jkunu qed iħallsu nofs miljun ieħor skont il-prestazzjonijiet tal-Kroat. Il-klabb Ġermaniż xtaqu li fil-kuntratt idaħħlu l-klawsola li tippermettilhom li fl-aħħar tal-istaġun ikollhom iċ-ċans li jiffirmaw lill-plejer b’mod permanenti iżda Juventus kienu kontriha totalment.
Sors: Sky Sport Italia
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com