Dettalji ġodda mit-trasferiment ta’ Blaise Matuidi juru li l-prezz tal-plejer jista’ jiżdied b’€10 miljuni oħra.

Dan hekk kif, minbarra l-€20 miljun li tħallsu diġa’ lil PSG, hemm ukoll €10 miljuni oħra f’bonuses li jintlaħqu skont objettivi importanti stabbiliti bejn iż-żewġ partijiet.

L-ewwel €5 miljuni f’bonuses jingħataw lil PSG malli l-plejer jilgħab 80% tal-logħob ta’ dan l-istaġun. Il-€5 miljuni l-oħra jingħataw f’Ġunju tal-2020 jekk anke fit-tieni u t-tielet staġun tal-plejer ma’ Juventus, dan jilgħab 80% tal-logħob.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280