Juventus irċivew jew mistennija jirċievu offerta stratosferika mingħand PSG għal Alex Sandro, wara dik offruta minn Chelsea għall-istess plejer.

Rapporti fl-Italja jindikaw li l-Franċiżi se joffru madwar €65 miljun biex jakkwistaw lil dak li hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa fid-dinja fil-pożizzjoni tiegħu.

Din iċ-ċifra aktarx ma tkunx offruta biss fi flus kontanti, imma mnaqqsa bl-offerta ta’ plejers li jinteressaw lil Juventus bħal Blaise Matuidi u Serge Aurier.

Madankollu Juventus, li rrifjutaw l-offerta ta’ Chelsea, mistennija jirreżistu din l-offerta wkoll u jkomplu bid-diskussjonijiet biex il-plejer iġedded u jirċievi ż-żieda mistħoqqa fil-paga.

Sors: La Repubblica

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280