Il-ġurnal Tuttosport ippubblika klassifika tas-Serie A bbażata fuq liema klabbs qalgħu l-iżjed flus mingħand Juventus għal trasferimenti li saru fi żmien Beppe Marotta.

Fuq quddiem nett Napoli, b’€105 miljun li fil-maġġoranza assoluta ġew mill-bejgħ ta’ Gonzalo Higuain.

Isegwu Udinese li daħħlu €49 għal plejers li kienu kkunsidrati falliment jew plejers ta’ kwalità medja u Roma.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com