Fl-Italja jingħad li diġà hemm ftehim biex Juventus jakkwistaw lid-difensur ta’ Milan, Mattia De Sciglio.
Dan speċjalment wara li spikka n-nuqqas ta’ De Sciglio mil-logħba kontra Pescara, bil-kowċ Vincenzo Montella jgħid li għażel li jħalli lill-plejer bilqiegħda minħabba li ried jistrieħ wara l-logħob tan-nazzjonal.
Iżda De Sciglio żgur li ma kienx għajjien għaliex ma ħax sehem fil-logħba kontra l-Olanda. Hu ma lagħabx lanqas kontra Palermo. Dan qajjem dubji dwar kemm verament hi tajba r-relazzjoni bejn it-tnejn.
Sors: QS-Sport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






