L-aġent tad-difensur De Ligt, Mino Raiola, telaq mill-Italja lejn Amsterdam biex jikkonkludi d-dettalji tat-trasferiment taż-żagħżugħ ma’ Juventus.

Jidher li l-klabb ta’ Turin fil-fatt issodisfa t-talbiet ta’ Ajax, bil-klabb Olandiż li se jirċievi madwar €67 miljun immedjatament u magħhom jiżdiedu €13-il miljun oħra f’bonuses.

Dan wara li kienu diġà ntlaħqu t-talbiet tal-plejer u l-aġent tiegħu, b’De Ligt li se jirċievi kuntratt ta’ €7.5 miljun fis-sena u €4.5 miljun oħra f’bonuses. Dan ifisser li De Ligt se jkun it-tieni l-iktar plejer imħallas ta’ Juventus wara Cristiano Ronaldo.

Sors: Tuttosport

Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280