L-aġent Mino Raiola waħħal f’A.C. Milan għall-fatt li Gianluigi Donnarumma mhux se jġedded il-kuntratt tiegħu mal-klabb.

“Ħadna deċiżjoni li ma ridniex nieħdu. Il-kwistjoni m’għandha xejn x’taqsam ma’ flus. Konna mhedda. Il-familja ta’ Donnarumma kienet mhedda, it-tnejn li aħna heddewna li l-plejer ma jilgħabx iżjed. Konna mhedda wkoll bil-mewt. Ma tistax iżżomm plejer billi theddu,” iddikjara Raiola waqt konferenza tal-aħbarijiet.

Filwaqt li ammetta li issa hemm iċ-ċans li l-plejer ma jilgħabx għal sena sħiħa, Raiola indirizza wkoll aħbarijiet dwar indħil minn klabbs oħra f’din id-deċiżjoni. “Le, Juventus mhux wara din id-deċiżjoni. Real Madrid? M’aħniex f’diskussjonijiet u trattattiva dwar Donnarumma se tieħu fit-tul.”

Fl-aħħar jiem Beppe Marotta qal li Juventus għandhom obbligu li jaraw l-opportunitajiet, meta kien mistoqsi dwar jekk Donnarumma jistax ikun il-futur ta’ Juventus.

Sors: Goal

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280