Il-midfielder Portugiż ta’ Bayern Renato Sanches jidher li rrifjuta l-interess li wrew Juventus biex jakkwistaw is-servizzi tiegħu. Hu sostna li jinsab kuntent il-Ġermanja u jixtieq jibqa’ ma’ Bayern München.

“It-tim ta’ Bayern huwa klabb kbir u jien se nkun qed nibqa’ l-Germanja. L-ewwel staġun tiegħi hawnhekk kien sodisfaċenti u l-objettiv tiegħi huwa li nibqa’ hawnhekk u nagħmel l-aħjar li nista’ għal dan il-klabb.”

Sors: Tuttomercatoweb

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280