Hekk kif Juventus qed jaħdmu biex jakkwistaw lil Douglas Costa mingħand Bayern München, mhux eskluż lanqas li s-soluzzjoni tinsab diġà għad-dispożizzjoni ta’ Massimiliano Allegri.

Dan hekk kif Juventus huma s-sidien tal-winger żagħżugħ Riccardo Orsolini, Taljan ta’ 20 sena ffirmat miċ-champions tal-Italja f’Jannar li għadda għal somma li bil-bonuses tista’ titla’ għal €10 miljun.

Orsolini se jingħaqad ma’ Juventus għat-taħriġ ta’ qabel l-istaġun, biex tittieħed deċiżjoni dwar jekk jinżammx f’Turin jew inkella jintbagħatx b’self.

Sors: Sky Sport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280