Valencia rrifjutaw offerta ta’ €22 miljun għal Joao Cancelo, li jidher li jinsab għall-bejgħ.
Fi Spanja jingħad li l-plejer qed jinteressa lil Tottenham, u kien il-klabb Ingliż li għamel din l-offerta. Madankollu Valencia jridu mill-inqas €25 miljun.
Kien irrappurtat ukoll li l-aġent tal-plejer, Jorge Mendes, qed jipprova jsib klabb ġdid għall-plejer. Mistenni li Tottenham joffru mill-ġdid, bil-plejer jinteressa wkoll lil Juventus u Inter.
Sors: Plaza Deportiva
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






